Għajnuna
FAQs
Għandek xi problema? Fittex Applikazzjoni Ara Dokumenti u Pjanti Lista tal-Korrispondenza Każijiet Immarkati Ippersonalizza l-EApps Għażliet ta' Aċċessibilità Agħmel PagamentProblemi ta' Uploading
Problemi biex ittella' Dokumenti - Google Chrome Problemi biex ittella' Dokumenti - Mozilla FirefoxFAQs - Periti
Ara id-Delegati Tiegħek Aċċessa l-abbozzi tal-applikazzjonijiet Issottometti Applikazzjoni Tiftix Avvanzat Il-Każijiet Tiegħi Proċessar ta’ pagamenti parti mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni Għalfejn qed jitla’ l-messaġġ: “Il-metodu użat biex tikkompressa d-dokument mhux kompatibbli”?1. Introduzzjoni
Il-portal iservi bħala sors ta’ informazzjoni dwar applikazzjonijiet li l-pubbliku inġenerali u l-NGOs jistgħu jkunu interessati fihom. Il-portal joffri wkoll sommarji fuq l-applikazzjonijiet, jagħti dettalji rigward proposti, studji fuq siti ta’ żvilupp u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra u dan sabiex kull min ikun interessat jinżamm aġġornat dwar l-aħħar progress, u b’hekk ikun jista’ jiddeċiedi jekk jiddikjarax l-interess tiegħu f’tali applikazzjonijiet, dejjem jekk ikun jixtieq jagħmel dan.
Għall-professjonisti, bħal periti u avukati, u għal partijiet ewlenin oħra li jistgħu jkunu interessati, bħal konsulenti esterni, il-portal joffri funzjonalitajiet addizzjonali, bħal dik li jservi ta’ sit ta’ komunikazzjoni uffiċjali bejn l-imsemmija partijiet u l-Awtorità tal-Ippjanar. Il-portal mhux biss jinforma lil dawn il-partijiet interessati dwar kwalunkwe żvilupp f'ħin reali relatat mal-applikazzjoni tal-interess tagħhom, iżda wkoll jassisti lil dawn il-partijiet interessati fl-organizzazzjoni tax-xogħol tagħhom billi jipprovdi lista ta’ xogħol (to-do list), fost funzjonalitajiet oħra.
L-Awtorità tiftaħar li toffri l-aħjar u l-aktar sistema trasparenti ta’ informazzjoni onlajn li tista’ tiġi provduta, filwaqt li dejjem tilqa’ suġġerimenti b’intenzjoni tajba, għal titjib. Dawn is-suġġerimenti għandhom jintbagħtu fuq l-emejl elettroniku tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq, [email protected]. Aħna nwegħduk li se nagħmlu l-almu kollu tagħna biex ninkorporaw is-suġġerimenti tiegħek fit-titjib futur tas-sistema tagħna.
Biex l-utenti jinteraġixxu u jaċċessaw is-sistema, l-utenti jeħtieġ li jkollhom eID attiv. Dan jiżgura li l-informazzjoni disponibbli dejjem tibqa' sigura kemm għall-utenti tal-portal kif ukoll għall-partijiet interessati li jipparteċipaw fil-proċess tal-ippjanar. Mal-ewwel daħla fis-sistema, din ser toħloq rwol “Pubbliku” għal kwalunkwe utent. Sussegwentement, il-periti jistgħu jitolbu rwol ta’ “Perit” billi jibagħtu emejl fuq [email protected]. Dawn għandhom jipprovdu id-dettalji sħaħ tagħhom ta’ kuntatt u indirizz, filwaqt li jehmżu kopja tal-warrant tagħhom. L-avukati jistgħu jirreġistraw għal rwol ta’ “Avukat” permezz tal-ħolqa “Applika għal Rwol”. Dan huwa suġġett għal tariffa ta’ abbonament annwali. L-avukati għandhom jehmżu wkoll kopja tal-warrant tagħhom.
Aħna fiduċjużi li l-portal il-ġdid tagħna ser ikun qed jipprovdilek l-informazzjoni kollha li teħtieġ, b'mod faċilment aċċessibbli u li joffrilek mod aktar faċli ta’ kif tikkomunika magħna.
2. Mistoqsijiet Frekwenti
Lil min nikkuntattja meta jkolli diffikulta?
Jekk tiltaqa’ ma’ diffikultajiet tekniċi waqt l-użu tas-sistema tal-eApplications, jekk jogħġbok ikkuntattja lil [email protected], billi tikkwota n-Numru ta' Referenza u tehmeż screenshot, jekk ikun possibbli. Għal kwalunkwe mistoqsija oħra, jekk jogħġbok ikkuntattja lil [email protected].
Kif infittex applikazzjoni?
1. Agħżel it-tip ta' applikazzjoni li tixtieq tfittex, mil-lista ta’ għażla.


2. Ittajpja n-numru tal-applikazzjoni u s-sena fil-kaxxi kif indikat.
3. Ikklikkja l-ikona tal-lenti kif indikat mill-vleġġa biex taghmel it-talba tat-tfittxija tiegħek.

Kif tara "Dokumenti" u pjanti?
Biex tara dokumenti u pjanti, fittex l-applikazzjoni (1) u mbagħad ikklikkja fuq "Dettalji tal-Każ" jew "Dokumenti" (2).
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
2. Jekk inti għafast fuq il-paġna tad-“Dokumenti”, għandek issib filtri varji. Sabiex tuża dawn il-filtri trid tikklikkja fuq il-vleġġa u tagħżel mil-lista ta’ għażla (1) u għall-aħħar filtru, tista' wkoll tittajpja t-titlu tad-dokument (2).
![]() |
![]() |
X'inhuma l-“Ħoloq”?
1. Il-Ħoloq huma mod faċli għall-aċċess veloċi fuq paġni speċifiċi bi klikkjatura waħda.


2. Il-buttuna bl-ikona tal-lenti turi dettalji dwar l-applikazzjoni li tkun fittxejt meta jkollok il-mouse fuqha. Tista' wkoll tużaha biex tfittex każ ġdid.
3. Il-buttuna tal-“Korrispondenza” tidderieġik lejn il-lista ta' xogħol pendenti tiegħek (to-do list).


4. Il-buttuna tal-"Bookmarks" tidderieġik lejn paġna minn fejn tista' timmarka kwalunkwe każijiet/applikazzjonijiet tal-għażla tiegħek.
5. Il-buttuna tad-"Dħul" tieħdok għall-paġna tad-Dħul.


6. Il-buttuna tal-“Għajnuna” tieħdok għall-paġna Għajnuna.
X'inhi l-"Lista tal-Korrispondenza"?
1. Din hija lista ta' korrispondenza mibgħuta lilek mill-Awtorità tal-Ippjanar permezz tas-sistema. Tali korrispondenza tista' teħtieġ azzjoni mingħandek.


2. Biex tara korrispondenza eqdem fil-lista, agħżel il-firxa tad-data tal-korrispondenza li tixtieq tara. Dan jista’ ma jkoprix medda itwal minn -–
3. Ikklikkja fuq il-vleġġa kif indikat biex tissottometti l-firxa tad-dati li għażilt qabel.


4. Biex tneħħi ħafna korrispondenza mil-lista fl-istess waqt, ikklikkja fuq il-vleġġa kif indikat, u mil-lista tal-għażla agħżel in-numru ta' ġranet eqdem minn dik korrispondenza li jkunu jeħtieġu li jiġu mneħħija.
5. Ikklikkja fuq il-buttuna "Neħħi" biex tneħħi l-korrispondenza li taqa’ taħt l-għażla indikata.

X'inhuma l-każijiet "Immarkati"?
1. Il-każijiet Immarkati jipprovdu ħoloq għal dawk il-każijiet li jkunu ġew indikati minn qabel bħala każijiet li jeħtieġu marka wara li tkun ftaħt każ fis-sistema tal-eApplications.

![]() |
2. Biex iżżid każ immarkat, l-ewwel fittex każ, imbagħad ikklikkja fuq l-istilla bajda (1) u meta tikklikkja din issir sewda (2). Il-każ li għadek kif immarkajt, se jintwera fil-lista tal-każijiet immarkati tiegħek (3).
![]() |
![]() |
![]() |
3. Biex tneħħi każ mil-lista tal-każijiet immarkati tiegħek, ikklikkja fuq il-każ (1), imbagħad ikklikkja fuq l-istilla sewda (2) u din se ssir bajda (3). B’hekk il-każ ġie mneħħi mil-lista tal-każijiet immarkati tiegħek (4).
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
X'għażliet għandi biex nippersonalizza l-eApplications?
1. Tista' żżid jew tneħħi it-Tabelli għat-Taqsir mill-paġna tal-issettjar.


2. Tista' tbiddel il-lingwa tal-websajt mill-paġna tal-issettjar.
3. Tista' tixgħel u titfi l-Modalità tal-Aċċessibbilità mill-paġna tal-issettjar ukoll.


4. Tista' wkoll tippersonalizza l-paġna tad-Dħul billi żżid u ċċaqlaq il-kaxxi għal gosti tiegħek billi tikklikkja fuq il-"+". Il-ħoloq magħżula jkunu inklużi fil-paġna tad-Dħul u dawn jkunu murija fi sfond blu skur, filwaqt li l-ħoloq fuq sfond abjad ikunu esklużi minn fuq il-paġna tad-Dħul.
Għażliet ta' Aċċessibilità
1. Biex tippermetti il-modalità tal-aċċessibbilità, mur fil-paġna tal-issettjar, ikklikkja fuq l-iswiċċ tal-modalità tal-aċċessibilità (1). L-għażliet tal-aċċessibilità issa huma attivati ghall-Eapps3 (2).
![]() |
![]() |
Agħmel Pagament
Wara li ddaħħal il-“Quote Number” u l-indirizz elettroniku, is-sistema tipproċedi għall-paġna tal-pagament. Imla d-dettalji, ittikkja l-kaxxa ta’ ħdejn “I have read and accept terms and conditions”, u agħfas “Continue” biex tagħmel pagament permezz tal-payment gateway. Innota li tinħoloq transazzjoni u r-referenza tal-pagament tintwera fil-werrej tax-xellug (kif muri b’ċirku aħmar hawn taħt):

2. Jekk is-sistema ma tirċevix awtomatikament konferma tal-istat tal-pagament, is-sistema tħallik tagħfas fuq ir-referenenza tal-pagament biex ġġib l-istat tal-attentat ta’ pagament preċedenti. Jekk it-transazzjoni ta’ qabel ma tkunx waslet għal pagament, is-sistema tħallik toħloq “pagament ġdid” li joħloq referenza ta’ pagament gdida. Il-passi spjegati aktar il-fuq jibqgħu jirrepetu sa ma jsir il-ħlas.

3. Ladarba tiġi riċevuta tweġiba tal-ħlas b'suċċess mill-portal tal-ħlas, is-sistema awtomatikament tipproċedi biex tinforma lill-Customer Care biex tibgħatlek id-dokumenti meħtieġa permezz tal-email.

3. Għandek xi problemi?
Għandek problemi biex ittella' dokumenti? - Google Chrome
1. Dokumenti PDF biss huma maħsuba biex jittellgħu fis-sistema. Jekk id-daqs tad-dokument jaqbeż il-5Mb, it-tlugħ ikun imblukkat u jkollok bżonn tnaqqas id-daqs tad-dokument l-ewwel. Jekk tali tnaqqis tad-daqs ma jkunx biżżejjed, inti tista' tikkunsidra li taqsam id-dokument f'partijiet iżgħar.
2. Suġġeriment biex tirriduċi l-pjanti huwa li tipprova terġa tipprintja l-PDF mis-sors ewlieni bħala immaġni ċċattjata (bla ebda saffi) filwaqt li tnaqqas ukoll ir-riżoluzzjoni minn 600 dpi għal 150 dpi.
3. Biex tnaqqas aktar mid-daqs tal-fajl, tista' mbagħad tuża "Fox-It" pdf reader (https://www.foxitsoftware.com/pdf-reader/) u terġa’ tipprintja l-istess PDF għal PDF b'riżoluzzjoni inqas u bħala immaġni ċċattjata.
4. Jekk id-daqs mhuwiex il-kwistjoni, hawnhekk għandek tipprova tikklerja l-cookies billi tikklikkja l-ikona “I” fin-naħa tax-xellug tal-indirizz tal-browser tiegħek.


5. Ikklikkja fuq l-għażla "Cookies".
6. Ikklikkja fuq il-buttuna “Remove” sakemm jitneħħew il-cookies kollha.


7. Aġġorna l-paġna mill-ikona fin-naħa ta' fuq tax-xellug tal-browser tiegħek.
8. It-tieni ħaġa li għandek tipprova hija li tnaddaf il-Cached Data billi tiftaħ il-menu tal-Google Chrome mit-3 tikek.


9. Ikklikkja fuq l-għażla "Settings".
10. Mur għall-"Advanced Settings".


11. Mit-taqsima “Privacy”, ikklikkja fuq “Clear brosing data...”
12. Issettja ż-żmien għal “the beginning of time”


13. Kun żgur li għandek is-segwenti mmarkati; imbagħad ikklikkja fuq “Clear browsing data”.
14. Ladarba jsir dan kollu, agħlaq it-tab tas-“Settings”.


15. Imbagħad, aġġorna l-paġna tal-eApps.
Għandek Problemi biex ittella' Dokumenti? - Mozilla Firefox
1. Dokumenti PDF biss huma maħsuba biex jittellgħu fis-sistema. Jekk id-daqs tad-dokument jaqbeż il-5Mb, it-tlugħ ikun imblukkat u jkollok bżonn tnaqqas id-daqs tad-dokument l-ewwel. Jekk tali tnaqqis tad-daqs ma jkunx biżżejjed, inti tista' tikkunsidra li taqsam id-dokument f'partijiet iżgħar.
2. Suġġeriment biex tirriduċi l-pjanti huwa li tipprova terġa tipprintja l-PDF mis-sors ewlieni bħala immaġni ċċattjata (bla ebda saffi) filwaqt li tnaqqas ukoll ir-riżoluzzjoni minn 600 dpi għal 150 dpi.
3. Biex tnaqqas aktar mid-daqs tal-fajl, tista' mbagħad tuża "Fox-It" pdf reader (https://www.foxitsoftware.com/pdf-reader/) u terġa’ tipprintja l-istess pdf għal pdf b'riżoluzzjoni inqas u bħala immaġni ċċattjata.
4. Jekk id-daqs mhuwiex il-kwistjoni, hawnhekk għandek tipprova tikklerja l-cookies billi tikklikkja l-ikona “I” fin-naħa tax-xellug tal-indirizz tal-browser tiegħek.

5. Biex tħassar il-“Cached Data”, iftaħ is-Settings mill-ikona tal-menu.


6. Ikklikkja fuq l-“Options”.
7. Mur fuq it-tab tal-Privacy mill-menu tal-ġenb.


8. Ikklikkja fuq “Clear your recent history”.
9. Issettja l-medda tal-ħin għal “Everything”.


10. Kun żgur li jintgħażlu l-għażliet kollha, imbagħad ikklikkja fuq “Clear Now”.
11. Agħlaq it-tab tal-“Options”.


12. Aġġorna l-eApps.
Lil min nikkuntattja meta jkolli diffikulta?
Jekk tiltaqa’ ma’ diffikultajiet tekniċi waqt l-użu tas-sistema tal-eApplications, jekk jogħġbok ikkuntattja lil [email protected], billi tikkwota n-Numru ta' Referenza u tehmeż screenshot, jekk ikun possibbli. Għal kwalunkwe mistoqsija oħra, jekk jogħġbok ikkuntattja lil [email protected].
4. FAQs - Periti
Kif nara lid-delegati tiegħi?
1. Biex tara d-delegati tiegħek, ikklikkja fuq il-kaxxa "Delegati" fil-paġna tad-Dħul.
Kif naċċessa l-abbozzi tal-applikazzjonijiet tiegħi?
1. Biex tara l-abbozzi tal-applikazzjonijiet tiegħek, ikklikkja fuq il-ħolqa "Abbozz tal-Applikazzjonijiet" fil-paġna tad-Dħul.

Kif nissottometti Applikazzjoni?
1. Biex taċċessa l-formoli tal-applikazzjonijiet kollha disponibbli għalik, ikklikkja fuq il-ħolqa "Formoli tal-Applikazzjoni" fil-paġna tad-Dħul.

X'inhu "Tiftix Avvanzat"?
1. Ikklikkja fuq il-kaxxa tat-"Tiftix Avvanzat" biex tuża l-faċilità tat-Tiftix Avvanzat fuq is-sistema eApps.


2. Agħżel waħda mit-tliet tipi ta' applikazzjonijiet biex tfittex, u dik li tikklikkja fuqha se ssir oranġjo.


4. Ikklikkja fuq il-kalendarju biex tagħżel il-firxa tad-dati "Minn" u "Sa".
5. Ikklikkja fuq il-buttuna "Deċiżi" jekk trid tiffiltra skont id-data tad-deċiżjoni.


6. Ikklikkja fuq il-kalendarju biex tagħżel il-firxa tad-dati "Minn" u "Sa" kif spjegat qabel fil-Pass 4.
7. Ikklikkja fuq il-buttuna "Post" biex tagħżel il-post li trid li r-riżultati tiegħek juru.


8. Alternattivament tista' tfittex skont il-Kunsill Lokali. Ikklikkja fuq il-buttuna “Kunsilli Lokali” (1) u agħżel il-Kunsill Lokali tiegħek mil-Lista ta’ Għażliet (2). Tista’ wkoll tagħżel it-"Triq" bl-istess mod bħall-"Kunsill Lokali".
9. Alternattivament, tista’ żżid deskrizzjoni tal-applikazzjoni li inti qed tfittex billi tittajpja fid-“Deskrizzjoni tax-Xogħlijiet" fl-ispazju provdut, u mbagħad tikklikkja "Żid".


10. Biex tneħħi id-"Deskrizzjoni tax-Xogħlijiet" sempliċement ikklikkja fuq l-"X" il-bajda ġewwa l-kaxxa l-griża.
11. Wara li tkun imlejt l-oqsma kollha meħtieġa, agħfas il-buttuna "Fittex" biex tissottometti t-talba tat-tfittxija tiegħek.

X'inhuma l-"Każijiet Tiegħi"?
1. Il-Każijiet Tiegħi huma l-każijiet li għadek kemm issottomettejt. Dawn jistgħu jkunu aċċessati billi tikklikkja fuq l-ikona "Il-Każijiet Tiegħi".


2. Agħżel wieħed mill-każijiet billi tikklikkja fuq il-buttuna tonda u l-kulur ta’ dik magħżula ser jinbidel ghal oranġjo.
3. Imla it-tliet oqsma hekk kif indikati – id-dati “minn” u “sa” flimkien mal-kunjom tal-applikant.
4. Wara li dawn l-oqsma jiġu mimlija, ikklikkja fuq il-buttuna "Fittex", li se tinbidel ghal oranġjo biex tfittex il-każ/i.


5. Alternattivament, imla l-indikati tliet oqsma. “Minn” u “Sa” kif ukoll il-kunjom tal-applikant, b'mod simili ghall-pass numru 3.
6. Wara li t-tliet oqsma jkunu mimlija, ikklikkja fuq il-Buttuna "Fittex", li se tinbidel ghal oranġjo biex tfittex il-każ/i.

Proċessar ta’ pagamenti parti mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni
1. Wara li jimtlew is-sezzjonijiet kollha ta formola, is-sistema twasslek għall-paġna tal-pagament:

Għażel metodu ta’ pagament. Nfakkruk li GSPO tintuża biss meta l-applikant huwa Dipartiment tal-Gvern.

2. Għal pagamenti bil-card, imla d-dettalji, ttikkja l-kaxxa ta’ ħdejn “I have read and accept terms and conditions” u għafas “Continue” biex tagħmel pagament permezz tal-payment gateway. Innota li tinholoq transazzjoni u r-referenza tal-pagament tintwera fil-menu tax-xellug (kif muri b’ċirku aħmar hawn taħt):
3. Jekk is-sistema ma tirċevix awtomatikament konferma tal-istat tal-pagament, is-sistema tħallik tagħfas fuq ir-referenenza tal-pagament biex ġġib l-istat tal-attentat ta’ pagament preċedenti. Jekk it-transazzjoni ta’ qabel ma tkunx waslet għal pagament, is-sistema tħallik toħloq “pagament ġdid” li joħloq referenza ta’ pagament gdida. Il-passi spjegati aktar il-fuq jibqgħu jirrepetu sa ma jsir il-ħlas.

La darba is-sistema tirċievi konferma ta’ ħlas, tgħaddi awtomatikament għas-sottomisjoni tal-applikazjoni.
Għalfejn qed jitla’ l-messaġġ: “Il-metodu użat biex tikkompressa d-dokument mhux kompatibbli”?
Preparazjoni ta` Pjanti għal fuq eApplications
Nixtiequ ninfurmawkom li pjanti li jkunu qed jiġu salvati fil-format PDF, sabiex wara jkunu jistgħu jittellgħu fis-sistema, għandhom jinħarġu bħala "layer" wieħed - ezempju: jekk qed jintuza AutoCAD, għandu jintuza "AutoCAD PDF (Smallest File).pc3 plot template" biex tiżgura li d-daqs tal-fajl ikun l-iċken possibbli u għalhekk jiffaċilità li dawk li jkollhom bżonn jaraw id-dokumenti jkunu jistgħu jaċċessawhom fl-iqsar ħin.
Id-dokumenti kollha jridu jkunu ta daqs massimu ta’ 5Mb qabel ma jigu mċekkna (kompressjoni).M'għandhomx ikunu wzati AutoCAD "DWG To PDF.pc3 plot template", "AutoCAD PDF (High Quality Print).pc3 plot template", jew "AutoCAD PDF (Web and Mobile).pc3 plot templates". Il-kompressjoni tal-fajl li setgħet tkun ġiet applikata qabel jaf tintilef u/jew is-Sistema ma taċċetahomx . Għalhekk, ikun idejali jekk il-fajl oriġinali jkun ta’ anqas minn 5Mb ( mhux kkompressat ).
Dokumenti ohra
Jekk wieħed ikun qed jipprepara rapport bi stampi/mappep, l-aħjar li jitnaqqas mill-ewwel id-daqs (fis-sens ta’ kwalita'(resolution) tal-istampa) qabel jiddaħħlu fid-dokument.
Jekk il-fajl oriġinali mhux accessibli,wieħed għandu jnaqqas il-kobor ta PDF ezistenti,per eżempju billi jintuza "Fox-It pdf reader" u jigi stampat għal pdf b'resoluzjoni inqas (ez.200dpi) u jintuza "Print as Image" jew "Print/Optimise for web-viewing" jew opzjonijiet ekwivalenti skond is software li qed jiġi uzat.